Knisja Lokali

Titwaqqaf uffiċjalment il-Kolleġġjata Ġorġjana f’Ħal Qormi

Kmieni dalgħodu fil-Knisja Arċimatriċi ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi saret iċ-ċelebrazzjoni li fiha inqara d-digriet tat-twaqqif tal-Kolleġġjata u tal-Kapitlu Ġorġjan.

Waqt iċ-ċerimonja, saret l-investitura tal-ewwel Kanonċi tal-Kapitlu mill-Eċċ. Tiegħu Isqof Awżiljarju Mons. Joe Galea Curmi.

Preżenti kien hemm il-fratellanzi tal-parroċċa kif ukoll diversi mistednin distinti.

Dan it-titlu huwa wieħed li ħafna ilhom jistennew minħabba l-istorja rikka li għandha din il-parroċċa, hekk kif Ħal Qormi hu wieħed mill-parroċċi li diġa’ kienu jeżistu fl-1436. Għoxrin sena wara din id-data kienet inbniet knisja oħra bit-tħabrik tal-Kappillan Dun Gulju Lombardi u fl-1584 inbniet il-knisja li hemm illum.

Ritratti: Catriel Farrugia