Lokali

Attivisti tal-Moviment Graffiti jipprotestaw f’Kastilja; il-ġurnalisti jinżammu barra

Yana MIntoff barra Kastilja tgħid "Għandu jirriżenja"

Biex iżżomm ruħek aġġornat segwi x-xandiriet fuq Facebook Live fuq il-paġna ta’ Net News.

Sa minn kmieni dalgħodu, numru ta’ attivisti tal-Moviment Graffitti daħlu f’Kastilja biex ikomplu jwasslu l-messaġġ ta’ protesta kontra l-korruzzjoni istituzzjonalizzata u favur il-ġustizzja.

Iż-żgħażagħ tennew l-għajta ta’ “Ħabs”, “Barra”, u anke “Ħmieġ u imbruljuni” lit-tmexxija tal-Gvern. Huma qed jinsistu għar-riżenja immedjata ta’ Joseph Muscat.

L-attivisti ħeġġew aktar żgħażagħ u nies biex jingħaqdu magħhom fil-protesti. Huma tennew li din mhix sitwazzjoni normali u li l-poplu ma jistax jibqa’ jgħix ħajtu qisu xejn mhu xejn f’sitwazzjoni bħal din.

Appellaw biex il-poplu jerġa’ jara li Kastilja terġa’ għal darboħra tkun tal-poplu Malti u Għawdxi koillu u mhux tal-ftit korrotti li ħakmuha.

Numru ta’ suldati inġabru madwar l-attivisti.

Membri tal-media li kienu inġabru quddiem il-bieb tal-ġenb ta’ Kastilja fi Triq San Pawl, u fejn kienu qed isegwu dak li għaddej fil-binja intbagħtu ‘l barra u l-bieb tal-ġenb ingħalaq għal kollox.

Il-membri tal-Moviment Graffitti sabu l-appoġġ ukoll ta’ għexieren ta’ persuni oħrajn, li nġabru barra Kastilja jitolbu li jinfetħu l-bibien.