Lokali

”Bżonn li jsiru bidliet tal-Moneyval”

Nistennew li jiġu implimentati mill-aktar fis possibbli r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Moneyval, dawk tal-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll li jintemmu b’mod sodisfaċenti Inkjesti li jkunu verament indipendeti fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u fil-każijiet ta’ korruzzjoni.

Mhix xi dikkjarazzjoni tal-Oppożizzjoni, iżda stqarrija maħruġa mill-industrija tal-Gaming f’pajjiżna, fid-dawl tal-aħħar żviluppi politiċi f’pajjiżna. Huma kelliema wissew ukoll li din l-industrija tiddependi kompletament fuq l-istabbiltà u fuq is-saltna tad-dritt.

L-assoċjazzjoni iGEN, li tirrappreżenta lill-industrija, qalet li l-avvenimenti tal-aħħar jiem u ġimgħat ikomplu jżidu mat-tħassib tal-industrija tal-gaming li topera  minn pajjiżna.

L-industrija tal-Gaming hi t-tieni l-akbar industrija f’pajjiżna u tissarraf f’aktar minn 13% tal-GDP ta’ Malta, bil-biċċa l-kbira tal-kumpaniji tal-Gaming ikunu reġistrati pubblikament u jaħdmu fi swieq internazzjonali taħt rekwiżiti rigorużi tal-liċenzjar.L-istqarrija ttemm li l-missjoni tal-assoċċjazzjoni hi li tati vuċi komuni lill-industrija, u sabiex iġġib bidla pożittiva fl-ambjenti li fihom topera. Is-settur tal-Gaming kien wieħed mis-setturi innovattivi li introduċa Gvern Nazzjonalista fl-aħħar leġizlatura tiegħu, u li sar wieħed mill-pilastri tal-ekonomija Maltija.