Basketball Sport

Depiro jissorprendu lil Hibernians

(Ritratt; James Galea)

DEPIRO…………….. 84

HIBERNIANS…….. 82

(18-19, 24-30, 22-12, 20-21)

Depiro: M. Todorovic (8), Q. Cooper (31), M. Naudi (4), D. Farrugia (2), N. Grech, O. Said, K. Xuereb (18), M. Borg, N. Brincat (6), J. Attard, A. Chomo (15), A. Attard

Hibernians: P. Attard, D. Bugeja (20), K. Caruana, L. Farrugia (5), I. Bonett (5), N. Vasovic (14), A. Axiaq (2), M. Matijevic (14), M. Attard, C. Rowe (8), I. Demcesen (14)

Referees: Z. Dobrosavljevic, I. Simic, L. Camilleri

Is-sorpriża fir-raba’ ġurnata tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni waslet minn Depiro li għelbu lil Hibernians 84-82. Hibernians li kienu favoriti għal dan il-konfront, kellhom ibaxxu rashom għar-reazzjoni wara l-mistrieħ ta’ Depiro u fl-aħħar minuti kkontrollaw l-isforzi ta’ Hibernians. Depiro rnexxielhom jillimitaw lit-twil Ivan Demcesen filwaqt li spikkaw Marko Todorovic u Adam Chomo. Quinn Cooper kellu logħba tajba għal Depiro.

Il-bidu tal-logħba kien bilanċjat, b’Kurt Xuereb jispikka għal Depiro hekk kif kellhom vantaġġ minimu ta’ 14-13 sa nofs is-sessjoni. Hibernians irnexxielhom itemmu l-ewwel perjodu 19-18 u kellhom bidu tajjeb għat-tieni perjodu hekk kif marru 29-20 fil-vantaġġ. Depiro għamlu l-iskor 38-38 iżda fl-aħħar minuti David Bugeja u Marko Matijevic għenu lil Hibernians jidħlu jistrieħu 49-42.

Vasovic kabbar il-vantaġġ ta’ Hibernians iżda Cooper u Chomo għenu lil Depiro jidħlu fil-logħba u saħansitra bdew l-aħħar perjodu 64-61 minn fuq. Hibernians ħarġu aktar aggressivi fl-aħħar perjodu u anki marru minn fuq 73-71. Three-pointers ta’ Chomo u Miguel Brincat prattikament aċċertaw ir-rebħa għal Depiro hekk kif il-punti lejn it-tmiem ta’ Matijevic ma kinux biżżejjed.

BUPA LUXOL………… 83

STARLITES GIG…….. 91

(30-25, 15-28, 15-17, 23-21)

Luxol: J. Cefai (3), V. Jandric (30), P. Engelbert, K. Gauci, F. Mifsud Bonnici (9), J.P. Schembri (20), K. Dimech (15), I. Pace (4), L. Trapani, S. Capello (2)

Starlites: A. Felice Pace (7), R. Bonnici (13), I. Felice Pace, M. Fabri, M. Falzon, M. Scerri (9), R. Carabott (5), K. Kulos (37), J. Mersielle (20)

Referees: K. Dworniczak, I. Simic, S. Jafilda

Starlites GIG ħallew lil BUPA Luxol bħala l-unika tim mingħajr rebħa wara erba’ logħbiet. Din kienet ir-rebħa rebħa konsekuttiva għalihom kontra Luxol. Is-Serb Slavko Opojevlic kien nieqes għal Luxol filwaqt li s-Serb Ivan Kumric kien indisponibbli għal Starlites. Iż-żgħażagħ ta’ Luxol batew kontra l-press, anki meta tkeċċa Stefan Capello fit-tieni perjodu.

Iż-żewġ timijiet bdew iwieġbu għal xulxin, b’Luxol jiftħu vantaġġ minimu li żammewh sa tmiem l-ewwel perjodu. Fil-perjodu sussegwenti, Starlites kisbu 12-il punt konsekuttiv permezz ta’ Matthew Scerri u Robert Bonnici. Wara t-tkeċċija ta’ Capello, Luxol dehru li setgħu jirkupraw iżda għalkemm pruvaw ma rkuprawx l-iżvantaġġ u daħlu jistrieħu 53-45 minn taħt.

Starlites bdew wara l-mistrieħ aħjar u kabbru l-vantaġġ għal 62-40, b’Luxol jirnexxilhom inaqqsu d-distakk għal 70-60. Fl-aħħar perjodu, Luxol bdew iwieġbu għal kull basket ta’ Starlites. Lejn nofs il-perjodu, Starlites kisbu 12 mis-17-il punt sussegwenti biex aċċertaw mir-rebħa.