Lokali

Erba’ kandidati se jikkontestaw għas-siġġu vakat minn Helena Dalli

Il-Kummissjoni Elettorali avżat li erba’ kandidati se jkunu qed jikkontestaw l-elezzjoni każwali fit-Tielet Distrett għas-siġġu vakat minn Helena Dalli wara li nħatret Kummissarju Ewropew.

Hekk kif illum għalqu n-nomini, il-kandidati li se jikkontestaw l-elezzjoni huma: Calleja Mario, Micallef Edric, Micallef Jean Claude u Muscat Sebastian.

L-elezzjoni każwali se ssir l-Erbgħa filgħodu fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-voti fin-Naxxar