Lokali Qorti

Il-Qorti ma tilqax talba ta’ Charles Muscat “Il-Pips” biex kawża fuq droga ma tkomplix

Il-Qorti ordnat li kawża Kostituzzjonali li fiha huwa nvolut Charles Muscat magħruf bħala ‘Il-Pips” tkompli. Muscat kien qed jattakka punt fuq itteppjar ta’ telefonati fil-konfront tiegħu, liema provi qed jgħid huma inkriminanti. Għaldaqstant huwa talab li minħabba dan kollu l-Qorti tordna biex il-kawża tieqaf.

Muscat kien ġie arrestat fl-2001 inkonnessjoni ma’ mportazzjoni ta’ ammont konsidervoli ta’ kokaina u kannabis, wara li kienet sorvejlanza mill-Pulizija flimkien mas-Servizzi Sigrieti Maltin.

Muscat qed jikkontesta l-validità tal-itteppjar tat-telefonati, fejn argumenta li salvagwardji legali impost mill-Unjoni Ewropea ġew ‘kompletament injorati’ u li l-liġi kif kienet, tippermetti dan it-tip ta’ moniteraġġ bil-kunsens tal-Ministeru tal-Intern mingħajr l-ebda skrutinju ġuridiku.

“Dan ifisser li l-interċetazzjonijiet f’dan il-każ saru fuq il-bażi ta’ ‘warrant’ maħruġ mill-id Eżekuttiva tal-Gvern mingħajr ebda kontroll ġuridiku,” huwa qal.

Muscat argumenta wkoll li meta jinżammu d-data provduta mis-‘service providers’ u l-aċċess flimkien ma’ użu ta’nformazzjoni mill-awtoritajiet kienet qed tiksirlu d-drittijiet umani tiegħu.

L-Avukati tiegħu, Franco Debono, Marion Camilleri u Amadeus Cachia, qalu li d-difiża dwar dan minn naħa tal-Avukat Ġenerali ta’ ‘res judicata’ (materja li kienet deċiża minn Qorti kompetenti u għahekk ma tisax tkompli mill-istess partijiet – bażata fuq Qrati preċedenti, li ma tistax tfittex eks Ministru) ma tagħmilx sens.

F’deċiżjoni li ngħatat, l-Imħallef Toni Abela qal li filwaqt li f’kawżi preċedenti Muscat talab li kien hemm ksur għad-dritt ta’ smigħ xieraq fuq il-bażi ta’ digriet mill-Qrati, din id-darba ma kienx qed ‘jattakka id-digrieti, iżda l-kapitlu 391 tal-liġijiet ta’ Malta stess.”

L-Imħallef innota wkoll li kawżi deċiżi qabel, l-Qrati għamluha ċarissima li kienu qegħdin jirreferu biss li ma jħallux li jitħarrku x-xhieda, “u xejn iżjed”.

L-Imħallef Abela kkonduċa eżami dettaljat fuq il-materja ta’ ‘res judicata’, qabel ma kkonkluda li l-preżekwita kollha ta’ din it-talba ma kienux hemm. Għal din ir-raġunui huwa ċaħad it-talba u ordna li l-każ ikompli.