Argument bejn żewġ familji wassal biex karozza titqabbad quddiem għajnejn is-sidien tagħha.
Video li qed idur fuq il-media soċjali juri l-mument fejn raġel qed jitfa’ xi tip ta’ fuel fuq karozza biex ftit wara juża lighter biex iqabbadha quddiem għajnejn l-istess sidien tal-karozza.
Net News huwa nfurmat li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-2.45pm f’Ħaż Żabbar. Jidher li dak li kien argument jew diżgwid bejn żewġ familji wassal biex il-karozza tat-tip Kia Picanto saret ballun tan-nar.

Il-Pulizija qed iżżomm żewġ żgħazagħ ta’ 17 u 18-il sena u raġel ta’ 54 sena minn Marsaskala.
Mara ta’ 48 mill-Isla sofriet ġrieħi ħfief fl-argument.
//= $special ?>