Lokali

Marlene Mizzi tingħaqad mas-sejħa: itlaq “issa”

L-eks Membru Parlamentari Ewropew Laburista Marlene Mizzi ngħaqdet mas-sejħa tal-Maltin u l-Għawdxin biex Joseph Muscat jirriżenja minn Prim Ministru “issa”.

Dalgħodu, fuq Facebook, hi qalet li l-pożizzjoni ta’ Deputat Prim Ministru teżisti biex jaġixxi ta’ Prim Ministru meta jkun hemm bżonn. Għalhekk, tenniet, irridu li dan il-pass isir “issa”.

Marlene Mizzi għamlet dan l-appell għax fi kliemha il-pajjiż jiġi l-ewwel, fl-istess waqt li membri tal-Moviment Graffitti kienu qed jipprotestaw fil-bini ta’ Kastilja għall-istess raġuni.