Lokali

Moviment Graffiti tirribatti Fake News

Ritratt: Martin Agius

Ftit sigħat wara li ntemmet il-protesta f’Kastilja, il-Moviment Graffiti ħarġu stqarrija biex twaqqa’ Fake News li qed iddur fuq diversiti portals u siti soċjali.

Fl-istqarrija, Graffiti qed jgħidu li qed idur ritratt f’xi setturi tal-midja ta’ attivist tal-Moviment Graffitti li, skont dawn is-sorsi infurmati tajjeb, qed jagħmel il-bżonnijiiet tiegħu mal-ħajt ta’ Kastilja. L-istqarrija tkompli tgħid li “din hija ovvjament gidba magħġuna minn persuni li tant jinsabu għonqhom fil-(ħmieġ) li qed jirrikorru għal dawn il-ħmerijiet”.

Peress li l-kwalità tar-ritratt mhijiex tajba, tgħid l-istqarrija, mhux jidher il-bott li pprova juża l-attivist. Graffiti qalu li l-membri tagħhom ma tħallewx jużaw il-kamra tal-banju ta’ Kastilja, skonthom probabilment “minħabba konġestjoni ta’ sigrieti tal-istat li ġew ifflaxxjati fl-aħħar ġimgħat u li kkawżaw dannu kbir fil-plumbing”.

L-istqarrija tagħlaq billi tgħid li min jixtieq jivverifika l-verità dwar il-każ għandu jara dak li tassew ġara fuq il-livestream video ta’ dalgħodu., u talbu lil iNews, is-sit tal-GWU, jivverifikaw il-fatti tagħhom, u mhux ixerrdu aħbarijiet foloz.