Internazzjonali

Sbroff ta’ vulkan fi New Zealand iħalli tal-anqas ħames persuni mejta

Tal-anqas 5 persuni mietu wara li sbroffa vulkan fuq il-Gżira bl-isem ta’ White Island fi New Zealand. Huwa mifhum li fil-ħin tal-isbroff kien hemm mal-50 turist fuq il-gżira.

Għadd kbir minn dawn it-turisti indarbu u numru ieħor minnhom għadhom mitlufa.

L-isbroff seħħ għall-ħabta tas-2.00pm ħin lokali fuq din il-gżira li mhix abitati izda li hija popolari ferm mat-turisti.

Il-Prim Ministru Jacinda Ardern għamlet stqarrija ftit wara li seħħ l-isbroff fejn qalet li numru ta’ persuni ttieħdu għall kura, b’uħud minn qed isofru minn ġrieħi serji.

Timijiet mediċi waslu fuq il-gżira f’qasir żmien permezz ta’ seba’ helicopters li ntbagħtu apposta sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna lill-midruba.