Sport Sport Ieħor

Zarco se jtellaq ma’ Avintia Ducati s-sena d-dieħla

(Ritratt: EPA)

Johann Zarco tħabbar uffiċjalment bħala sewwieq ta’ Avintia Ducati għall-istaġun tas-sena d-dieħla tal-Moto GP. Zarco li hu darbtejn rebbieħ tal-Moto2 kellu staġun diżappuntanti ma’ KTM hekk kif temm il-kuntratt ta’ sentejn tiegħu qabel KTM neħħewh wara l-Grand Prix f’Misano.

Hu kkompeta fl-aħħar tliet tlielaq ma’ LCR meta kien sostitut ta’ Takaaki Nakagami li weġġa’ spalltu. Zarco se jkun qed jikkompeti fit-tim flimkien mar-rebbieħ tal-Moto2 tal-2014 Tito Rabat.

Zarco kien maħsub li seta’ jkun is-sostitut ta’ Jorge Lorenzo ma’ Honda iżda dan il-post mar għand iċ-champion tal-Moto2 Alex Marquez. Avintia hu tim sekondarju ta’ Ducati.

Dan iffiser li l-kuntratt ta’ Zarco hu ma’ Ducati, bil-klabb Taljan se jipprovdi l-inġiniera taċ-ċirkwit u l-inġiniera elettroniċi bħala parti mill-ftehim. Fi stqarrija, Zarco qal li qed jirkupra mill-għaksa x-xellugija li weġġa’ fiċ-ċirkwit ta’ Valencia.

Tags