Lokali Qorti

Erba’ snin ħabs wara li ta n-nar karozza tal-ġirien tiegħu – uliedu jingħataw sentenza sospiża

Raġel ta’ 54 sena ġie kundannat erba’ snin ħabs wara li nstab ħati li qabbad karozza f’Ħaż-Żabbar wara argument mal-ġirien. Huwa nstab ħati wkoll li kiser il-paċi pubblika u li pprova jweġġa’ żewġ persuni oħra meta xeħet fjuwil fuq qraba tal-vittma, li miegħu spiċċaw il-Qorti.

Felice Delia, residenti Marsascla ammetta l-akkużi kollha miġjubin kontrih fejn il-filmat tar-reati li wettaq nxtedu fuq Facebook, fejn huwa jidher flimkien maż-żewġt uliedu, li għandhom 17 u 18-il sena, jagħtu n-nar lill-karozza tal-ġirien.

Il-każ seħħ għax il-karozza kienet ipparkjata quddiem kamra li fiha r-raġel iżomm xi annimali. Uliedu wkoll ammettew l-akkużi miġjubin kontrihom u ġew kundannati sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni għal tliet snin fil-konfront tal-vittma u ordnat lill-ħatjas jħallsu għall-ħsara li għamlu, li tammonta għal €4,000. L-argument li xegħel il-fjamma qam fuq parkeġġ, bil-ħati jippretendi li ħadd ma jipparkja fejn jagħmel il-karozza hu.