Il-Qorti ordna li jiġi esebit ir-rapport ta’ evalwazzjoni liema rapport kien għamel referenza għalih l-eks Ministru Konrad Mizzi f’kawża dwar kif sar il-ftehim biex il-Vitals Global Healthcare (VGH) jispiċċaw sidien tal-isptarijiet Maltin u Għawdxin. Dan irid jiġi esebit fis-seduta li jmiss.
F’Novembru li għadda, Mizzi kien ħa ġurament fil-Qorti fejn kien qal li huwa u l-Gvern kien qed joqgħod fuq rakkomandazzjoni tal-bord ta’ evalawazzjoni qabel mal-isptarijiet jiġu privatiżżati u jiġi ffirmat il-kuntratt, ma’ Vitals Global Healthcare, li issa huma estinti.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien fetaħ każ fil-Qorti kontra l-Prim Ministru Joseph Muscat, l-Avukat Ġenerali, Malta Industrial Parks u VGH, fejn għamel talba biex l-isptarijiet Karin Grech, San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex “jingħataw lura lil poplu” minħabba vjolazzjoni fil-kuntratt.

Kienet saret oġġezzjoni minn naħa tal-Gvern biex jiġi ppreżentat ir-rapport fil-Qorti, iżda f’digriet mogħti mill-Imħallef Francesco Depasquale, ingħad li Konrad Mizzi għamel “referenza estensiva” fuq tali rapport u li sa anke qal li huwa joqgħod fuqu, “ikun opportun u propizju li r-rapport ta’ evalwazzjoni, flimkien ma rapporti oħra konnessi, jkunu jagħmlu parti minn dawn il-proċeduri u dan biex il-verità tal-fatti li tkellem dwarhom Konrad Mizzi, jiġu verifikati u kkollaborati”, qal l-Imħallef Depasquale. L-Avukat fil-każ huwa Jason Azzopardi.
//= $special ?>