Lokali

Jibdew ir-riċevimenti f’Kastilja

Hekk kif pajjiżna għaddej minn sitwazzjoni li qatt ma rajna bħalha fl-istorja riċenta ta’ Malta, bi kriżi li qed tolqot direttament lin-negozji Maltin, f’Kastilja bdew sensiela ta’ riċevimenti.

It-Tlieta Net News seta’ josserva kif il-mistiedna kienu qed jiddawru bil-mod il-mod min-naħa tal-ġenb ta’ kastilja, fis-satra tal-lejl, minflok jiddaħħlu mill-bieb prinċipali. Biex iktar ma jagħtux fl-għajn, il-bieb tal-ġenb ukoll kien magħluq u nfetaħ biss malli bdew jaslu jew jitilqu l-mistiedna.

Fuq barra, mhux biss preżenza ta’ xi uffiċjali tal-Pulizija għaddejjin bir-ronda fi Pjazza Kastilja, fix-xita, imma wkoll uffiċjali tas-sigurtà liebsa pajżana jgħassu l-movimenti fl-inħawi.

Riċevimenti li jkomplu jikkonfermaw kif għal ta’ Kastilja ftit li xejn jimpurtahom mill-kriżi politika li ħakmet lil Malta … l-istess bħall-Prim Ministru li se jibqa’ ggranfat mal-poter sa Jannar waqt li jinjora t-talbiet biex jirriżenja mmedjatament.Fl-istess waqt, diversi unions u għaqdiet fl-aħħar ġimgħt ħabbru li kkanċellaw ir-riċevimenti u attivitajiet li kellhom ippjanati għal żmien il-festi hekk kif jiddikjaraw li dan mhux żmien normali.