Żagħżugħ Somalu residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, ingħata l-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet fosthom li jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat, Għawdex – wara li tressaq il-Qorti t’Għawdex.
Il-barrani ta’ 23 sena kien akkużat li fis-7 ta’ Diċembru 2019 ftit wara nofsillejl, ikkaġuna ġrieħi gravi fuq persuna fi Triq il-Mungbell, ż-Żebbuġ stess.
Ir-raġel ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih.
//= $special ?>