Futbol Sport

Klopp konxju tal-potenzjal ta’ Haaland

(Ritratt: EPA)

Jurgen Klopp ammetta li Liverpool għandhom sfida biex iwaqqfu lill-attakkant Erling Haaland fil-logħba kruċjali kontra Red Bull Salzburg. Il-plejer ta’ 19-il sena qed jissemma li jista’ jingħaqad ma’ diversi klabbs Ewropej wara bidu ta’ staġun mill-aqwa hekk kif skorja 28 gowl f’21 logħba dan l-istaġun. Iċ-champions renjanti għandhom bżonn tal-anqas draw f’Salzburg biex jassiguraw posthom mal-aħħar 16. B’telfa jkollhom jiddependu fuq Genk biex jegħlbu lil Napoli.

“Għandu 19-il sena, plejer eċċezzjonali imma kif tiddefendi attakkant veru tajjeb? Tagħmel ċert li ma tantx jirċievi blalen. Sempliċiment talent kbir kbir b’futur mill-isbaħ. Irridu nagħmluha diffiċli kemm nistgħu. Sfortunatament mhux l-uniku plejer b’saħħtu fit-tim.” Liverpool qed jittamaw li jaslu sal-finali tal-UEFA Champions League għat-tielet staġun konsekuttiv wara li żewġ staġuni ilu kienu megħluba fil-finali minn Real Madrid.

Minkejja l-bidu mill-aqwa li kellhom fil-Premier League, Klopp jinsab ċert li l-għatx għas-suċċess Ewropew jibqa’ b’saħħtu aktar minn qatt qabel. “Kulħadd jaf li hi finali, ilna nafuha għal ġimagħtejn u aħna preparati għal dan. Aħna mhux rebbieħa tipiċi taċ-Champions League tas-sena l-oħra, jew finalisti ta’ sentejn ilu, imma għandi ambizzjużi,” qal Klopp.