Futbol Sport

L-Ingilterra se tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Italja

L-Ingilterra se tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-Italja fis-27 ta’ Marzu, f’logħba li se sservi ta’ preparazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tas-sajf li ġej. Iż-żewġ timijiet ikkwalifikaw bħala rebbieħa tal-grupp tagħhom, bl-Italja tikkwalifika wara li rebħet l-għaxar logħbiet tagħha. Inċidentalment, din il-logħba se tkun sentejn eżatt minn meta ż-żewġ nazzjonijiet kienu lagħbu l-aħħar kontra xulxin ukoll f’Wembley Stadium.

Erbat ijiem wara, l-Ingilterra tilgħab f’Wembley Stadium ukoll f’partita ta’ ħbiberija kontra d-Danimarka. L-aħħar darba li l-Ingliżi lagħbu kontra d-Daniżi kien f’Marzu tal-2014. Fil-Kampjonat Ewropew, it-tim ta’ Gareth Southgate jinsab fi Grupp D flimkien mal-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka u rebbieħ ta’ play-off. L-Italja tinsab fi Grupp A flimkien ma’ Wales, l-Iżvizzera u t-Turkija, b’tal-aħħar ikun l-ewwel avversarju tagħha f’Ruma fit-12 ta’ Ġunju.