Futbol Sport

Lampard ifittex l-ewwel rebħa Ewropea fi Stamford Bridge

(Ritratt: EPA)

Il-konfront tal-lum kontra Lille, se tkun l-ikbar logħba tal-istaġun għal Chelsea hekk kif se jkunu qed ifittxu l-ewwel rebħa f’darhom fil-kompetizzjoni u jikkwalifikaw mal-aħħar 16.

Chelsea jinsabu t-tielet fi Grupp H bi tmien punti, indaqs daqs Valencia u żewġ punti taħt Ajax. Huma mhux megħluba barra minn darhom iżda kisbu biss punt f’żewġ logħbiet  f’din il-kompetizzjoni. It-tim ta’ Lampard jistgħu jikkwalifikaw b’rebħa kontra Lille jew draw jekk Ajax jegħlbu lil Valencia.

“Konxju mill-forma u naħseb li jekk nikkwalifikaw tkun kisba tajba. Naf li hemm aspettattiva li ngħaddu imma kien grupp iebes. Il-fatt li tlifna l-ewwel logħba, kellna ftit diffikultajiet. Qatt ma kienet se tkun faċli. It-timijiet u l-individwi jridu l-eżamijiet f’termini ta’ futbol u għalhekk hu test għalina lkoll,” qal Lampard.

Il-kowċ Ingliż ingħata aħbar tajba hekk kif id-difensur Antonio Rudiger, li sa issa lagħab biss 45 minuta dan l-istaġun, se jirritorna iżda d-difensur ċentrali Fikayo Tomori u l-attakkant Olivier Giroud jibqgħu neqsin.