Lokali

MACM tappella għall-protezzjoni tas-soċjetà, tan-negozju u tal-kummerċ

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Credit Management (MACM) tinsab imħassba dwar is-sitwazzjoni preżenti f’Malta.

Dan ġie ddikjarat fi stqarrija li ħarġet din l-assoċjazzjoni fejn intqal li s-sentiment negattiv li hawn fuq il-gżejjer Maltin u s-sitwazzjoni politika instabbli qed ikollhom effett ta’ ħsara fuq ir-reputazzjoni ta’ Malta, kemm internazzjonalment kif ukoll lokalment.

L-MACM qalet li jekk din is-sitwazzjoni tittawwal, jista’ jkollha riperkussjonijiet irreversibbli fuq l-ekonomija lokali u l-investiment dirett barrani. Hi saħqet li sabiex tiġi evitata aktar ħsara lir-reputazzjoni u l-ekonomija tagħna, l-MACM tappella għal azzjonijiet immedjati li għandhom jittieħdu biex il-Gżejjer Maltin jerġgħu lura għan-normalità, biex jiġu evitati konsegwenzi negattivi oħra fuq in-negozji, il-kummerċ u s-soċjetà inġenerali.

Huma meħtieġa miżuri immedjati biex tiġi żgurata governanza tajba. Dan mhux biss importanti iżda imperattivi biex terġa’ tinbena l-fiduċja fl-istituzzjonijiet f’dan l-istadju kritiku u kompletament sensittiv li jinsab f’pajjiżna. Il-ġustizzja trid tkun notifikata u trid issir mingħajr ebda kunflitt t’interess. Ir-responsabbiltà politika u r-responsabbiltà għandhom ikunu meqjusa importanti ħafna wkoll, kompliet tgħid l-MACM.

L-istqarrijja kompliet tgħid li t-tul ta’ din is-sitwazzjoni jista’ jkollu effett negattiv ukoll fuq l-investiment dirett barrani, li jista’ jirriżulta fi kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ flus fl-ekonomija Maltija li jwassal għal ħlasijiet tard minn negozji… dan kollu jista’ saħansitra jwassal għal reċessjoni ekonomika.

L-MACM tawgura li dawk li huma responsabbli jieħdu l-miżuri meħtieġa bla tlaqliq għall-benefiċċju tan-nazzjon u jpoġġu l-interess nazzjonali ‘l fuq mill-benefiċċji partiġġjani u personali.