Lokali

Robert Abela jgħid li min qed jipprotesta issa qed jagħmel dan biex jipprovoka

L-iskop tas-soċjeta’ ċivili li għaddejja bil-protesti għandha l-iskop li tipprovoka. Qal dan Robert Abela li s-Sibt ħabbar li se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ mexxej Laburista.

Waqt intervista fuq l-istazzjoni Laburista One, Robert Abela qal li mhux se jittollera li jinqabżu ċertu limiti. Dan filwaqt li spjega li hu jittollera min jipprotesta b’mod paċifiku. Imma “min jipprova jkisser lil-pajjiż, le”.

Fl-intervista Robert Abela qal li dawk li qed jipprotestaw bħalissa qed jistennew li jsir żball minn naħa tal-awtoritajiet biex b’hekk huma jkunu laħqu l-għan tagħhom.

Għat-tielet ġimgħa n-nies qed joħorġu fit-toroq sabiex jipprotestaw kontra t-tmexxija tal-Gvern ta’ Joseph Muscat wara l-allegazzjonijiet li ħerġin li l-uffiċċju ta-Prim Ministru hu implikat fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Id-deputat u konsulent ta-Prim Ministru Joseph Muscat, Robert Abela se jkun qed jikkontesta flimkien mal-Ministru Chris Fearne għat-tmexxija tal-Partit Laburista.