Internazzjonali Lokali

Is-sitwazzjoni f’Malta hi allarmanti – Sophie in ‘t Veld

Ritratti: Martin Agius

Hemm kriżi moħbija fl-Unjoni Ewropea – kriżi dwar is-saltna tad-dritt… Bħall-bidla fil-klima, hija kriżi inviżibbli, li tnaqqas bil-mod il-pedamenti tas-soċjetajiet tagħna. U simili ħafna għat-tibdil fil-klima, ir-rispons tagħna kien batut u inadegwat, anke billi bil-mod neqirdu l-valuri li fuqhom jiddependu s-sigurtà, il-libertà u l-prosperità tagħna. Meta tasal għas-saltna tad-dritt, l-Ewropa għandha emerġenza fuq idejha.

Dikjarazzjoni ċara ta’ Sophie in ‘t Veld – MPE Olandiża mill-partit Demokratiku 66 – li kienet il-kap tal-missjoni tal-Parlament Ewropew f’Malta aktar kmieni dan ix-xahar.

Hi qalet li n-numru ta’ pajjiżi tal-UE fejn id-demokrazija, is-saltna tad-dritt u d-drittijiet fundamentali qed jiġu mnawra qed jiżdied.

“Malta hija każ ċar ta’ dan”, qalet Veld. Hi kompliet tgħid li għalkemm stat membru żgħir huwa turija ta’ test kbir.

Veld sejħet is-sitwazzjoni f’Malta bħala waħda allarmanti fejn il-korruzzjoni għaddiet minn bosta setturi tas-soċjetà u tal-politika. Isemma’ wkoll il-ħasil tal-flus, il-kummerċ illegali taż-żejt, il-bejgħ taċ-ċittadinanza tal-UE u ta’ Malta – li Veld stqarret li kollha saru industriji kbar fil-gżira tagħna.

Hi fakret kif apparti dan kollu, sentejn ilu, Daphne Caruana Galizia, ġurnalista li fitxet li tesponi l-korruzzjoni fil-pajjiż, kienet imsikkta b’mod brutali minn karozza bomba.

Kummissjoni ġdida li se titmexxa mill-MEP tal-Partit Nazzjonalista, Roberta Metsolan, se tkun qed toħroġ rapport dwar is-saltna tad-dritt fl-2020. Dan id-dokument għandu jinkludi rieżami bir-reqqa u komprensiv, b’rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-istati membri kollha.

Fil-każ ta’ Malta, dan ifisser ukoll li se jibda djalogu dwar is-saltna tad-dritt mal-awtoritajiet Maltin, li jista’, fil-fażi li jmiss, iwassal għall-bidu ta’ proċedura ta’ Artikolu 7.

L-approċċ li għaddej bħalissa mhuwiex “politiku” – huwa ta’ ħsara għal dak kollu li tfisser l-UE, qalet Sophie in ‘t Veld.

“Id-difiża tal-valuri tagħna teħtieġ determinazzjoni.” Kompliet tgħid Veld fejn saħqet li Ggandna niżguraw li Malta tkun fejn tinġibed l-linja.

Il-Kunsill Ewropew ta’ din il-ġimgħa għandu jpoġġi s-salvagwardja tas-saltna tad-dritt f’Malta b’mod ċar fuq l-aġenda tiegħu billi jindirizzaha fl-ogħla livell u jistaqsi mistoqsijiet iebsa lil Joseph Muscat, temmet tgħid l-istqarrija tal-MEP Olandiża.