Lokali

Tasal ix-xita u Triq il-Wied f’Ħal Balzan terġa’ tegħreq

Wara sajf li matulu r-residenti ta’ Triq il-Wied f’Ħal Balzan kellhom jissaportu t-trab u l-ħmieġ, issa waslet it-tieni xitwa li matulha jridu jissaportu l-għarghar u t-tajn.

Fl-aħħar jiem kienu diversi l-episodji fejn l-ilma tax-xita għaddej bi pressa qawwija minn taħt l-art spiċċa ħiereġ mill-ġenb tat-triq – xhieda li ngħata t-tarmak iżda l-problema ma ġietx riżolta.

Lejn tmiem Novembru, infetħu wkoll toqob kbar f’parti tat-triq li ftit tal-ġimgħat qabel kien ingħata t-tarmak.

Ironikament, waqt li iktar toroq ġodda magħmula minn Infrastructure Malta qed jixhdu xogħol magħmul ħażin, is-Segretarju Parlamentari Chris Agius fil-Parlament kien ftaħar b’xogħol ta’ kwalità.