Internazzjonali

Tfittxija għal ajruplan li kien fi triqtu lejn l-Antartika

L-ajruplan fl-ajruport ta' Santiago.

L-awtoritajiet Ċileni qed iwettqu operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ wara li ajruplan tal-Air Force Ċilena spiċċa nieqes it-Tnejn filgħaxija. Huwa kien fi triqtu lejn bażi Ċilena fl-Antartika.

Fuq l-ajruplan kien hemm 38 persuna, 17-il membru tal-ekwipaġġ, u 21 passiġġier.

L-ajruplan C-130 Hercules telaq mill-kapitali Ċilena ta’ Santiago u waqaf fin-nofsinhar tal-pajjiż, qabel beda l-miġja tiegħu lejn l-imsejjaħ kontinent tas-silġ.

Skont l-awtoritajiet Ċileni l-kuntatt tar-radju ntilef għall-ħabta tas-6 p.m ħin lokali meta l-ajruplan kien jinsab qrib id-Drake Passage.

Ikkummenta

Tags