Lokali

Aggredita Kap ta’ skola fil-Ħamrun

Kap ta’ skola primarja fil-Ħamrun ġiet aggredita minn ġenitur. Skont staqrrija tal-MUT, l-Union tal-Għalliema, il-ġenitur kien vjolenti għal deċiżjoni li ttieħdet mill-iskola biex student ma jmurx fuq ħarġa tal-iskola jekk ma jiflaħx skont ċertifikat ta’ tabib. Jirriżulta li l-ħarġa tal-iskola ġiet ikkanċellata bħala prekawzjoni.

Fl-istqarrija minn naħa tagħha kkundannat din l-agressjoni fuq Kap ta’ skola u għalhekk qed terġa tisħaq għal sigurta’ xierqa fl-iskejjel

Bħalissa l-MUT tinsab f’kuntatt mal-Kap tal-iskola filwaqt li esprimiet s-sapport mal-edukaturi tal-iskola fejn seħħet l-aggressjoni.

Ikkummenta