Internazzjonali

GĦADA L-ELEZZJONI: Net News b’aġġornamenti LIVE minn Londra

Illum huwa l-aħħar jum tal-kampanja elettorali fir-Renju Unit hekk kif il-mexxeja tal-partiti ewlenin se jkunu qed iduru l-pajjiż, litteralment minn fuq s’isfel, sabiex jippruvaw jikkonvinċu lill-elettorat b’mod partikolari f’ditretti li skont il-polls huma viċin.

L-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika jindika li naqas id-distakk tal-Lejber minn mal-Konservattivi. Għalkemm il-partit tal-Prim Ministru Boris Johnson għadu fil-vantaġġ.

Intant, dan is-sit se jkun qed jaġġornakom LIVE tul il-jum kollu tal-votazzjoni, fejn għada minn kmieni filgħodu inwasslulkom l-iżviluppi kollha li jkunu qed iseħħu fil-kapitali Londra.

Grazzi għall-crew tagħna fir-Renju Unit se nwasslu l-ewwel indikazzjonijiet tar-riżultat appena joħorġi l-exit polls, kif ukoll l-ewwel reazzjonijiet.

Din iż-żjara f’Londra hi possibbli grazzi għal Macdonald Hotel Kings Cross, Londra u Brittania.