Fit-8.00pm tal-lejla jagħlqu n-nomini għat-tmexxija tal-Partit Laburista.
In-nomini fetħu nhar it-Tnejn filgħodu u sa dal-ħin għadha ma ntefgħet l-ebda nomina, iżda huwa mistenni li sal-lejla jintefgħu tal-anqas żewġ nomini – dik tad-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Chris Fearne, u dik tal-Konsulent ta’ Joseph Muscat fil-Kabinett, id-Deputat Robert Abela, li t-tnejn li huma .iddikkjaraw l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu dan.
Tibqa’ l-inċertezza dwar in-nomina ta’ Ian Borg, li mill-bidu nett deher determinat li jitfa ismu wkoll, iżda meta mbagħad bdiet tidher iktar probabbli li l-uniku kandidat ieħor kien se jkun il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, Borg ħa pass lura u qat li kien se jagħti l-appogg sħiuħ tiegħu lil Fearne.
Madankollu ftit wara, iben il-President Emeritus George Abela, Robert Abela, iddikkjara li kien se jkun qed jikkontesta din il-kariga. Kien biss wara li Abela ħabbar dan li bdiet terġa’ tissemma l-possibilità li jkun hemm it-tielet kandidat, b’ħafna jaħsbu li dan jista’ jkun il-Ministru tal-Infrastruttura Ian Borg.
//= $special ?>