Kultura Lokali Mużika

Imnedija s-17-il edizzjoni tal-Kalendarju Annwali tal-Programm ‘Marċi u Bandalori’ fuq Net FM

L-attività ta’ Misraħ il-Milied illi bdiet nhar is Sibt li għadda fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista Tal Pieta’ huwa avveniment immirat għall-familja kollha.

Malta, fiċ-ċokon tagħha hi mogħnija b’ħafna baned ilkoll kemm huma ferm attivi u jattiraw bosta nies tul is-sena kollha. Dan jaghmel il-Każini tal- Baned mekka sħiħa ta’ kultura u attivitajiet soċjali. Tajjeb illi wieħed jirrikonoxxi il-kontribut kbir li jagħtu dawn il-baned lill poplu anke permezz ta’ tagħlim tal-mużika bla ħlas lil bosta li jitħajru jdoqqu xi strument.

Intant il-Ħamis ittellgħet serata mużikali bl-isem Il-Banda fil-Misraħ waqt l-attività waqt Misraħ il-Milied. Waqt dina is-serata ħadu sehem madwar 15 il-mużiċist professjonali illi daqqew diversi siltiet marbuta mal-festi tal Milied u anke indaqqet mużika tal-kompożitur ċelebri Giuseppe Verdi. Il-Banda kienet taħt id-direzzjoni tas Surmast Mro Andrea Cassar. Ħadet sehem ukoll il-kantanta rebbieħa tal-Festival tal-Kanzunetta Indipendenza 2019 Rachel Lowell. Is-Serata Mużikali kienet ippreżentata minn Pauline Marie Chetcuti bint il-preżentatur tal-programm Marċi u Bandalori fuq Net FM Joe Chetcuti u Joe Gabriel Vella.

Matul is-serata gie imniedi is-sżbatax il-sena tal Kalendarju Annwali tal-Programm ‘Marċi u Bandalori’ fuq Net FM fuq inizjattiva personali ta’ kull sena tal-preżentatur tal-programm Joe Chetcuti. Dan il-Kalendarju ġie ippreżentat mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli fejn faħħar il-kontribut enormi illi qed jagħti Joe Chetcuti lil dan il-programm Marċi u Bandalori li juri l-impenn, is-serjetà u d-dedikazzjoni assoluta illi ghandu is Sur Joe Chetcuti ghall Ghaqdiet tal-Baned.