Lokali

Jean Claude Micallef isib post fil-Parlament wara l-elezzjoni każwali għas-siġġu vakat minn Helena Dalli

Il-preżentatur televiżiv Jean Claude Micallef sab post fil-Parlament wara li Helena Dalli kienet ikkonfermata bħala Kummissarju Ewropew.

Hu rebaħ l-elezzjoni każwali, li pparteċipaw għaliha wkoll Mario Calleja, Edric Micallef u Sebastian Muscat, b’madwar 100 vot biss aktar minn Calleja.

Missier Jean Claude, Manuel Micallef, ukoll hu preżentatur televiżiv, magħruf għall-attakki kontra l-Partit Nazzjonalista fuq il-media Laburista.

Min-naħa tiegħu, Jean Claude Micallef, ta’ 32 sena, għamel ukoll perjodu preżentatur fuq NET Television qabel ma beda jippreżenta programmi fuq iil-media tal-Istat.