Wara li fil-bidu ta’ dan ix-xahar, l-Avukat Andrew Sciberras iddeċieda li ma jibqax jassisti lill-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri, issa anke Pawlu Lia qal li mhus se jirrapprezenta lill-istess Schembri.
L-avukat Pawlu Lia huwa mhux biss l-avukat ta’ Schembri, imma jirapprezenta anke lill-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll huwa l-avukat tal-Partit Laburista.
Rapport fuq il-Maltatoday tal-Erbgħa ħabbar dan jumejn biss wara li Keith Schembri waqqa’ żewġ libelli oħra li kellu pendenti. Libelli kontra l-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia.
Dawn il-libelli kienu marbuta ma’ dak li kitbet Caruana Galizia dwar ir-rabtiet bejn Schembri u kickbacks li ħa jew kien se jieħu mill-Ażerbajġan.
Xahar ilu, Schembri waqqa’ każ ta’ libell ieħor li fetaħ hu stess, din id-darba kontra l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, wara li qal li ma riedx jinkrimina lilu nnifsu b’dak li kien se jgħid.
Mhux magħruf min se jkun ir-rappreżentant legali ta’ Schembri mil-lum ‘il quddiem.
//= $special ?>