Lokali

Robert Abela u Chris Fearne fil-ġlieda għal post Muscat

Huma Robert Abela u Chris Fearne iż-żewġ kontestanti biex jieħdu post Joseph Muscat fit-tmexxija tal-Partit u tal-Gvern Laburista, hekk kif għadhom kif għalqu t-tlett ijiem ta’ nominazzjonijiet.

Iż-żewġ kontestanti ħallew sal-aħħar ħinijiet biex jitfgħu n-nomina tagħhom – it-tnejn li huma fl-aħħar sagħtejn.

B’hekk, Robert Abela żamm il-pożizzjoni tiegħu soda li ma jaqbilx mal-patt li hu stess sejjaħlu “imxajtan”, kif mixtieq oriġinarjament mill-Partit Laburista.

L-intenzjoni kienet li għall-kariga ta’ Mexxej jikkontesta waħdu Chris Fearne, filwaqt li Robert Abela u Ian Borg kellhom jikkontestaw waħedhom għall-karigi taż-żewġ Deputati Mexxejja.

Madankollu, Abela ma kienx qabel ma’ dan u kien ħabbar li se jkun qed jitfa’ n-nomina tiegħu.

Dan wassal għal għadd ta’ diskussjonijiet interni matul il-jum fil-Partit Laburista, bit-tama li Abela, li hu Konsulent ta’ Joseph Muscat fil-Kabinett, jiġi konvint ibiddel fehmtu.

U issa li l-kontestanti huma tnejn, se jkunu l-Membri tal-Partit Laburista li se jagħżlu s-suċċessur ta’ Muscat fil-Kungress tal-Partit Laburista, li se jinżamm fil-11 ta’ Jannar.


Ian Borg jħabbar il-kandidatura ta’ Robert Abela

Fl-aħħar ftit minuti qabel għalqu t-tlett ijiem ta’ nominazzjonijiet biex jittieħed post Joseph Muscat fit-tmexxija tal-Partit u l-Gvern Laburista, il-Ministru Ian Borg ħabbar li Robert Abela kien se jkun qed jikkontesta wkoll.

Sal-ħin tal-għeluq tan-nomini, Abela nnifsu baqa’ sieket fuq il-media soċjali. Madankollu, meta fil-fatt mar jippreżenta n-nomina tiegħu, hu kien akkumpanjat minn martu Lydia Abela, li hi s-Segretarju tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista.

Iż-żewġ kontestanti ħallew sal-aħħar ħinijiet biex jitfgħu n-nomina tagħhom – it-tnejn li huma fl-aħħar sagħtejn.

Fuq Facebook, il-Ministru Ian Borg reġa’ semma’ l-għaqda, li “bħalissa hi iżjed importanti minn kull ħaġa oħra f’dawn iċ-ċirkustanzi straordinarji”.


Chris Fearne jippreżenta n-nomina tiegħu

Hekk kif fit-tmienja tal-lejla jagħlaq il-perjodu biex jintefghu n-nomini għas-suċċessur ta’ Joseph Muscat fit-tmexxija tal-Partit u l-Gvern Laburista, kollox ghadu indeciz dwar min se jkun qed jippartecipa f’din il-glieda ghall-poter.

Sal-ahhar hinijiet, kien biss id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li habbar pubblikament li tefa’ n-nomina tieghu. Madankollu, zviluppi li seħħew matul il-jum urew li l-kandidati jistghu sahansitra jkunu tlieta.

Hekk kif fil-jiem li ghaddew, Fearne u l-Konsulent ta’ Muscat fil-Kabinett, Robert Abela, habbru l-intenzjoni taghhom, ilbierah NET News zvela l-intenzjoni tal-Ministru Ian Borg li jkun it-tielet wiehed.

Dan wara li hu spicca ddizappuntat li l-pjan originali tal-Partit Laburista sfuma fix-xejn. Skont dak il-pjan, Chris Fearne kellu jikkontesta wahdu ghat-tmexxija tal-Partit Laburista, filwaqt li Ian Borg u Robert Abela kellhom jikkontestaw wahedhom ghall-karigi ta’ Deputati Mexxejja.

Madankollu, Robert Abela kien esprima ruhu fuq Facebook li ma jaqbilx ma’ dan il-patt, li sahansitra sejjahlu bhala wiehed imxajtan.