Futbol Sport

Tmien plejers mill-Kampjonat Premier sospiżi logħba

(Ritratt: Martin Agius)

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ssospenda logħba lil tmien plejers mill-Kampjonat Premier wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Dawn huma Ryan Camenzuli ta’ Floriana, Hubert Vella ta’ Gudja United, Leonardo Nanni ta’ Hibernians, Leonardo Villareal ta’ Mosta, Marcelo Dias u Mirko Todorovic ta’ Senglea Athletic, Flavio Cheveresan ta’ Sirens u Brandon Muscat ta’ Tarxien Rainbows.

Camenzuli se jitlef il-konfront tal-leaders Floriana kontra Sliema Wanderers u Cheveresan se jitlef il-logħba ta’ Sirens kontra Birkirkara. Nanni mhux se jilgħab il-logħba importanti ta’ Hibernians kontra Gżira United, Vella u Villareal mhux se jilagħbu l-konfront Mosta v Gudja United filwaqt li Dias, Todorovic u Muscat se jkunu indisponibbli fid-dwell bejn Senglea Athletic u Tarxien Rainbows.

Mill-Ewwel Diviżjoni kienu sospiżi logħba Joshua Barbara ta’ Fgura United kif ukoll Josef Dalli u Adolphus Marshall ta’ St. George’s.

Mit-Tieni Diviżjoni, Aaron Agius ta’ Kalkara, Joseph Fenech ta’ Luqa St. Andrews, Ryan Cauchi u Ryan Micallef ta’ Marsaxlokk, Alejandro Jimenez ta’ Rabat Ajax, Owen Spiteri ta’ San Ġwann u Clint Barbara ta’ Żabbar St. Patrick ġew sospiżi logħba. Luke Sant ta’ Mellieħa u l-uffiċjal ta’ Marsaxlokk Daniel Tabone weħlu żewġ logħbiet sospensjoni.

Ħames plejers ġew sospiżi logħba mit-Tielet Diviżjoni. Dawn huma Gianluca Theuma ta’ Dingli Swallows, Adam Pace ta’ Għargħur, Jean Claude Vella ta’ Kirkop United, Christian Grech ta’ Mdina Knights u David Zammit ta’ Mtarfa.