Internazzjonali

Ċili: Sejba makabra wara l-għajbien ta’ ajruplan

Sejba makabra wara l-għajbien ta’ ajruplan

Il-ħaddiema tal-għajnuna miċ-Ċili sabu l-fdalijiet tal-bnedmin, ftit jiem wara l-għajbien ta’ ajruplan tal-qawwiet tal-ajru, bi 38 persuna abbord.

Intant, il-qraba tal-persuni nieqsa kienu infurmati bis-sejba makabra għalkemm ma ngħatawx wisq dettalji.

Qabel dan ir-rapport, kelliema għall-qawwiet tal-ajru Ċileni kienu kkonfermaw is-sejba, fil-baħar, tal-fdalijiet tal-ajruplan tat-tip C-130 Hercules li kien jintuża għall-ġarr tal-merkanzija. Is-sejba kienet indikata fl-istess zona fejn sar l-aħħar kuntatti mal-pilota.

Dan l-ajruplan kien fi triqtu lejn bażi militari fir-reġjun tal-Antartiku iżda kien destinat li ma jżommx dan l-appuntament.

Ikkummenta