Lokali Qtil Politiku

Dubju dwar partijiet mill-investigazzjoni

Robert Abela jistqarr li mhux sodisfatt bil-mod kif saru l-investigazzjonijiet b'rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia

Il-kandidat ghal Leader tal-Partit Laburista Robert Abela jistqarr illi mhux sodisfatt bil-mod ta’ kif saru l-investigazzjonijiet dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Robert Abela stqarr dan meta kien qed jiġi intervistat minn Reno Bugeja waqt il-programm Dissett, ftit tal-minuti biss wara li tefa n-nomina tieghu b’mod ufficjali, sabiex jiehu post Joseph Muscat f’Kastilja.

Abela sostna li kemm il-darba hu jkun Prim Ministru, għandha issir riforma sħiħa fil-Korp tal-Pulziija fejn il-Kummissarju għandu jinbidel minnufih.

Hu enfasizza b’mod car illi ma qabilx li Joseph Muscat intervjena fir-rwol tal-Korp Pulizija. Għalhekk l-istutizzjonijiet għandhom ikunu separati minn xulxin u jibdew jaħdmu kif suppost.

Id-Deputat Laburista Robert Abela għal darb’oħra kkonferma li l-pjan imxajtan tal-Partit Laburista ma kienx fl-interess tal-pajjiż, u lanqas tal-istess Partit Laburista.Intant, bhal Robert Abela, anke d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal illi mhux se jkun qed jinkludi lill-eks Ministru tat-Turizmu Konrad Mizzi fil-Kabinett tieghu.