Valentino Rossi u Lewis Hamilton huma magħrufa sew fix-xena tal-Moto GP u l-Formula 1 rispettivament. Iżda l-Erbgħa għamlu xi ħaġa pjuttost differenti, hekk kif fiċ-ċirkwit Ricardo Tormo ta’ Valencia, Rossi saq il-karozza Mercedes ta’ Hamilton, filwaqt li l-Britanniku saq il-mutur Yamaha ta’ Rossi.
Din kienet l-ewwel darba li Hamilton saq mutur tal-Moto GP filwaqt li din kienet l-ewwel esperjenza ta’ Rossi jsuq karozza tal-Formula 1 wara l-esperjenza ma’ Ferrari disa’ snin ilu. It-tnejn kellhom reazzjonijiet partikolari wara din l-esperjenza f’sitwazzjoni insolita. Rossi għamel referenza dwar il-vista minħabba li karozza tal-Formula 1 tkun fil-baxx filwaqt li Hamilton tkellem dwar l-impatt li jħalli r-riħ fuq mutur.
Rossi kien sekonda u nofs bogħod mill-ħin ta’ Hamilton filwaqt li Hamilton kien erba’ sekondi tard mill-ħin ta’ Rossi. It-Taljan li għandu 40 sena, rebaħ il-kampjonat tal-Moto GP disa’ darbiet filwaqt li Hamilton hu sitt darbiet champion tad-dinja tal-Formula 1.
//= $special ?>