Kummerċ Lokali Qtil Politiku

“Il-ħsara li rridu nsewwu se tikber”

Il-kriżi fil-pajjiż mhux se tasal imma tinsab magħna. Sostna dan Arthur Muscat, il-Viċi President tal-Assoċjazzjoni Maltija ta’ min Iħaddem , l-MEA, waqt intervista fil-programm Net Live.

Arthur Muscat staqsa x’se nagħmlu bħala pajjiż meta bhalissa hemm bżonn ta’ azzjoni mmedjata biex is-sitwazzjoni li l-pajjiż spiċċa fiha wara l-aħħar żviluppi b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, noħorġu minnha malajr kemm jista’ jkun.

Bħala MEA, l-istess bħall-unions l-oħra qed jappellaw sabiex il-Prim Ministru Joseph Muscat iwarrab issa għax l-azzjoni trid tkun immedjata u mhux nistennew sa Jannar.

Arthur Muscat spjega li dak li qed jingħad mhix kwistjoni ta’ partiġjaniżmu imma fl-interess nazzjonali għaliex il-ħsara li qed issir se tkompli tikber u se jkollha effett fuq il-haddiema.