Lokali

Il-President tal-Parlament Ewropew jgħaddi ittra biex tittieħed azzjoni fuq il-Gvern Malti

Il-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli għadda ittra lill-mexxejja Ewropej biex iħeġġiġhom jieħdu pożizzjoni fuq Malta wara sejbiet “allarmanti” aktar kmieni dan ix-xahar.

Dan wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li se jkun qed jirriżenju f’Jannar wara li żviluppi fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia heżżew il-gvern tiegħu.

Sassoli bagħat ittra miktuba mill-MEPs, li qalet li l-evoluzzjoni rapida tas-sitwazzjoni kien jistħoqqilha li l-Kunsill Ewropew u l-kapijiet tal-gvern jiżnu u jiżguraw li l-valuri Ewropej jintlaqgħu mal-UE kollha.Il-Prim Ministru mistenni jieħu sehem fil-laqgħa tal-kunsill aktar tard wara nofsinhar.

L-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri kien implikat fil-qtil tal-ġurnalista DCG minn Yorgen Fenech, il-persuna li ġiet akkużata bl-ordni tal-qtil. Schembri rriżenja ftit sigħat qabel ma ġie interrogat mill-pulizija dwar it-talbiet imressqa kontrih minn Fenech

L-ittra mibgħuta mill-president tal-Parlament Ewropew lill-mexxejja tal-UE esprimiet it-tħassib tagħha dwar ir-riżenja “mdewwma” ta’ Muscat.Sassoli qal li n-nuqqas tal-Prim Ministru li jirriżenja minnufih u s-“sospensjoni” tal-parlament Malti kienet tikkostitwixxi riskji serji.