Internazzjonali

Iżrael iħejji għal tielet elezzjoni bla precedent…

Il-poplu Iżraeljan irid jivvota f’tielet elezzjoni ġenerali f’anqas min sena wara li l-politiċi mill-ġdid naqsu milli jiffurmaw koalizzjoni ta’ maġġoranza fil-Parlament.

Il-membri tal-Knesset, jew Parlament Iżraeljan, ivvutaw biex jiffissaw id-data tal-elezzjoni għat-2 ta’ Marzu, wara li fallew minn ftehim konkret sad-deadline iffissat.

Il-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu u r-rivali ewlieni tiegħu, Benny Gantz, li jmexxi lill-Partit Blu u Abjad taċ-ċentru, it-tnejn ma rnexxilhomx jiksbu maġġoranza wara l-elezzjoni ġenerali inkonklussiva ta’ Settembru.

Dawn iż-żewġ mexxejja politiċi lanqas ma setgħu jaslu f’arranġament għall-qsim tal-poter — bil-problemi legali ta’ Netanyahu ikunu ostaklu kbir għan-negozjati, meta l-Prim Ministru, matul ix-xahar li għadda, kien spiċċa mixli b’akkużi ta’ korruzzjoni.