Kummerċ Lokali Qtil Politiku

Jikber l-appell biex il-President jieħu azzjoni

Il-Kamra tal-Kummerċ tħeġġeġ direttement lill-President George Vella sabiex jaġixxi

‘Il-President għandu jkun il-forza li ġġib magħha bilanċ f’pajjiżna f’dawn iż-żminijiet inkwetanti.’ Hekk stqarr il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, David Xuereb, f’kummenti li ta lil The Malta Business Observer.

Xuereb qal illi l-poteri tal-President huma limitati mill-kostituzzjoni, izda xorta waħda jista’ jhalli l-effetti tieghu u jagixxi issa biex f’Malta jkollna bidla pożittiva. Dan minħabba l-fatt li huwa persuna rispettata ħafna u għandu l-kwalitajiet kollha sabiex jagħmel d-differenza.

Is-sejħa tal-Perit Xuereb issegwi l-istqarrija riċenti tal-espert fil-liġi kostituzzjonali il-Professur Kevin Aquilina li ħeġġeġ lill-President Vella biex jinvolvi ruħu f’dak li qed jiġri bħalissa, filwaqt illi fakkru fid-dmir kostituzzjonali, legali u morali tiegħu li jaġixxi mingħajr dewmien.

David Xuereb kompla jispjega kif il-Kamra tal-Kummerċ temmen li jekk ma tiġix solvuta s-sitwazzjoni malajr kemm jista’ jkun, din se jkollna effetti ekonomiċi ħorox fuq pajjiżna. L-istess Kamra ddikjarat li s-sitwazzjoni politika attwali qed  tagħmel ħsara li se tkun ta’ tbatija fil-futur.

Bid-deċiżjoni li jitlaq f’Jannar Joseph Muscat waqqaf il-pajjiż, u kkaraterizzah b’inċertezza, kompla jispjega David Xuereb …filwaqt li fakkar ukoll dwar l-attenzjoni negattiva li pajjiżna qed jiġbed fuqu mill-midja internazzjonali.

Hu saħaq ukoll fuq l-importanza li jinbidlu l-oghla awtoritajiet f’pajjiżna biex b’hekk jibda jkun hawn sens ta’ fiduċja fihom.