Sport Sport Ieħor

Jonathan Darmanin jirbaħ il-kampjonat downhill

(Ritratt: Clive Xuereb)

Jonathan Darmanin rebaħ il-kampjonat downhill tal-mountain bike. Il-kampjonat sar dan l-aħħar f’Selmun u pparteċipaw 17-il sewwieq fuq rotta teknika. It-terren sar aktar diffiċli minħabba x-xita qawwija li niżlet qabel il-ġurnata tat-tellieqa. L-esperjenza u l-preċiżjoni kienu importanti fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni. Damien Camilleri kien irreġistra l-aħjar ħin ta’ kwalifikazzjoni fil-kategorija Elite. Jonathan Darmanin, Robert Magro, Luca Grixti u Darrell Fiorini ffurmaw il-kumplament tal-kategorija.

It-taqtigħa għar-rebħ kienet missielta hekk kif l-ewwel tliet ċiklisti rreġistraw l-istess ħin. Darmanin ħareġ rebbieħ segwit minn Robert Magro u Damian Camilleri. It-tlielaq tad-downhill huma prova tal-ħin individwali. Iċ-ċiklisti jieħdu sehem f’sensiela ta’ dawrien fuq ir-rotta f’temp ta’ siegħa biex jiġu kklassifikati f’kategorija skont il-ħin.

Il-President tal-Malta Mountain Bike Association Pierre Zammit Endrich qal li t-tlielaq tad-downhill irriżultaw li kienu popolari ħafna mal-ispettaturi. “Dan hu tajjeb ħafna għaliex jagħtu liċ-ċiklisti, l-opportunità biex jagħtu spettaklu bil-kapaċitajiet tagħhom. L-assoċjazzjoni qed tħares ‘l quddiem għall-istaġun 2020, li għalih il-preparamenti huma diġà għaddejjin sew,” qal Zammit Endrich.