Lokali

“L-ewwel sigħat tat-tellieqa xejn m’hu jawguraw tajjeb” -Jason Micallef

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-istazzjon Laburista, Jason Micallef, kiteb fuq Facebook li qatt ma qabel u mhux se jaqbel issa li l-kampanja għall-Mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista tkun estiża għal dibattiti fuq l-istazzjon tal-istat jew media oħra mhux tal-Partit Laburista.

Jason Micallef qal li jekk dan isisr ma jagħmilx sens u ma jkunx fl-interess tal-Partit Laburista għaliex il-Partit Laburista għandu l-mezzi tax-xandir tiegħu u allura m’hemmx il-ħtieġa li l-kandidati għat-tmexxija tal-Partit imorru fuq media oħra li m’hix dik Laburista.

“Għax l-għan ewlieni tal-media mhux tal-PL se jkun dak li toħroġ kummenti kontroversjali li joħolqu tensjoni żejda jekk mhux firda bejn il-kandidati, u dawk li jappoġġjawhom. Għaliex f’dawn il-programmi jiġri dejjem diskors ta’ min se jqaċċat l-aktar irjus u/jew attakki fuq it-tmexxija ta’ qabel bit-tajjeb u l-hażin li jkun sar”

Jason Micallef kiteb wkoll li l-ewwel ftit sigħat tat-tellieqa xejn m’hi tawgura tajjeb. Kiteb wkoll li aktar ma tkun tellieqa qalila, aktar se jieħu fit-tul iż-żmien biex jingħalqu l-ġriehi.