Ekonomija Lokali

“L-interess tal-pajjiż l-ewwel u qabel kollox” – UĦM

"Irridu pjan għal azzjoni immedjata"

Il-UĦM Voice of the Workers ma qablitx mal-pożizzjoni tal-imsieħba socjali waqt laqgħa tal-MCESD li saret ilbieraħ filgħodu.

F’dan il-mument kull organizzazzjoni li tissuġġerixxi pjan fl-immedjat u fit-tul għandha ġġib l-interess ta’ pajjiżna l-ewwel u qabel kollox.

Il-UĦM Voice of the Workers tisħaq li pajjiżna jrid jirrispondi għall-kriżi li qiegħed fiha bi pjan ta’ emerġenza sabiex iwaqqaf l-emorarġija u biex ma tkomplix issir ħsara lirreputazzjoni ta’ pajjiżna. Għaldaqstant għandu jkun hemm pjan ta’ azzjoni immedjata.

Il-UĦM Voice of the Workers tinnota li iktar ma jitwal iż-żmien ta’ kriżi nazzjonali, iżjed se tiġi ipperikolata l-istabbilità ta’ pajjiżna. Din is-sitwazzjoni diġà qed tinħass u timmanifesta ruħha, kemm fuq livell ta’ kummerċ lokali, kif ukoll fuq linvestiment barrani f’pajjiżna.

Fil-fatt diġà qed jiġi mhedded l-investiment fissettur tal-iGaming u s-sitwazzjoni qed tagħmel impatt negattiv fis-settur talfinanzi speċjalment fejn jirrigwardja ftuħ ta’ kumpaniji u kumpaniji li jiġu reġistrati f’Malta.

Il-UĦM Voice of the Workers tirreferi għall-istqarrija mill-Malta Association of Credit Management meta “uriet it-tħassib tagħha li din is-sitwazzjoni tista’ twassal għal effett negattiv fuq l-investiment dirett barrani li sussegwentament jkollu effett fuq il-cash flow fl-ekonomija li jwassal għal effett fuq l-impjiegi u bidu ta’ reċessjoni ekonomika”.

Numru ta’ negozji Maltin li jixtru l-materja prima minn barra diġà kellhom xi diffikultajiet biex jagħmlu tali transazzjonijiet, liema diffikultajiet se jkollhom impatt negattiv dirett fuq ix-xogħol tal-ħaddiema tagħhom.

Il-UĦM Voice of the Workers tħoss li l-pjan ta’ azzjoni immedjata għandu jkun li:

• Il-Prim Ministru jirriżenja b’mod immedjat u jinħatar Aġent Prim Ministru mill-President tar-Repubblika hekk kif tippermetti l-Kostituzzjoni ta’ Malta;

• Hu importanti li l-Prim Ministru l-ġdid jiddikjara u jwettaq li b’mod immedjat jbiddel it-tmexxija, kemm tal-Korp tal-Pulizija, kif ukoll talAvukat Ġenerali u jinħatru nies li mhux biss igawdu l-fiduċja, iżda li bla biża’ u favuri jkunu lesti li jaqdu dmirijiethom;

• Il-Prim Ministru l-ġdid jsejjaħ laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvillupp Ekonomiku u Socjali (MCESD) sabiex dan tal-aħħar jippreżenta rapport ta’ pjan fit-tul ta’ x’riformi jridu jsiru ħalli dan il-pajjiż jibda, bil-mod il-mod, jikseb lura n-normalità tiegħu;

• Il-PM l-ġdid jara li l-istituzzjonijiet konċernati jinvestigaw b’mod spedit u li ssir ġustizzja.

L-agħar ħaġa li jista’ jiġrilu pajjiżna hu li jibqgħu jgħaddu l-ġimgħat u x-xhur u niskopru skandlu wieħed wara l-ieħor.