Internazzjonali

L-UE f’laqgħa ambizzjuża fl-interess tal-klima

Il-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea qegħdin jiltaqgħu fi Brussell bħala parti minn spinta biex it-28 Stati membri jimpenjaw ruħhom għal proġett ambizzjuż għall-ħarsien tal-klima.

Il-mira għandha tkun għal sitwazzjoni li tissejjaħ ‘climate neutral’ sal-2050, meta xi pajjiżi Ewropej tal-Lvant qegħdin jinsistu għall-garanziji finanzjarji qabel jaqblu li l-UE tnaqqas l-ammont nett ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet greenhouse għal ‘zero’.

Il-President ġdid tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, qed tinsisti b’dan il-pjan li jesiġi żieda ta’ biljuni tal-ewro mal-baġit tal-UE bil-għan li l-pajjiżi jitbiegħdu mill-fossil fuels.

Il-pjan jinvolvi wkoll ‘mekkaniżmu’ li jinkludi finanzjament mill-Bank Ewropew għall-Investimenti – b’dan għandu jappoġġja pajjiżi bħall-Polonja, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija li huma fost l-aktar Stati tal-UE li jiddependu fuq l-industrija tal-faħam.