Atletika Sport

Mark Herrera u Josann Attard Pulis jirbħu t-tellieqa tal-House of Sport 10k fil-Belt Valletta

(Ritratti: Andrew Large)

Mark Herrera ta’ Pembroke Athleta u Josann Attard Pulis ta’ Starmax iddominaw il-kategoriji tagħhom fit-tellieqa ta’ 10 kilometri tal-House of Sport li saret fil-Belt Valletta l-Ħadd filgħodu. Din it-tellieqa hi l-aħħar waħda għas-serje ta’ House of Sport għas-sena.

Herrera spiċċa t-tellieqa b’vantaġġ ta’ 26 sekonda fuq Norbert Philippe Verbrigghe ta’ EC Malta, b’Matthew Scicluna ta’ Pembroke Athleta jidħol tliet sekondi warajh. Fil-kategorija tan-nisa, Attard Pulis spiċċat b’vantaġġ komdu fuq Vykinte Budryte ta’ Neko Runners li spiċċat it-tieni, qabel Jolene Debattista ta’ Gozo Athletix.

It-trofej u premijiet lir-rebbieħa kienu ppreżentati mid-Direttur tat-Tellieqa Charlie Demanuele li kien sodisfatt bit-tellieqa u rringrazzja lill-awtoritajiet konċernati tal-appoġġ tagħhom.

It-tlielaq huma appoġġjati minn House of Sport, Emvigee PR and Marketing, Starmax Athletic Club u AARTS Timing System by Agones SFC. Is-serje tirritorna l-Ħadd 12 ta’ Jannar bir-rotta popolari fil-Kottonera. Ir-reġistrazzjoni online hi miftuħa fis-sit elettroniku http://threecities.10kseriesmalta.com/. Aktar informazzjoni tinkiseb b’email fuq maria@emvigee.com