Lokali

Owen Bonnici wkoll iħossu ttradut minn Keith Schembri

Anke l-Ministru Owen Bonnici issa jħossu ttradut mill-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri.

Dan wara li l-Erbgħa, Melvin Theuma, il-middleman fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, iddikjara li Keith Schembri kien qed jgħaddi informazzjoni sensittiva lil Yorgen Fenech, akkużat bħala l-mandant f’dan id-delitt.