Lokali Qtil Politiku

“Sitwazzjoni gravi u inaċċettabbli”

Albert Gauci Cunningham u Lino Briguglio mistiedna fuq NET Live dwar il-kriżi fil-Gvern ta' Joseph Muscat

Min ġab lill-Partit Laburista għarkubtejh postu mhux fil-partit u jrid iwarrab.

Sostna dan Albert Gauci Cunningham, l-editur ta-gazzetta Illum meta kien mistieden fil-programm Net Live flimkien mal-professur Lino Briguglio.

Albert Gauci Cunningham spjega kif inhu inaċċettabbli u gravi il-fatt li l-aktar persuna ta’ poter f’Kastilja, Keith Schembri, hu implikat fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-editur tal-ġazzetta Illum kompla jgħid li kulħadd qed jistaqsi għalfejn Konrad Mizzi u Keith Schembri kellhom jirrizenjaw….meta ilna 3 snin nafu bil-Panama Papers.

Minn naħa tiegħu l-Professur Lino Briguglio sostna kif hu minn dejjem bassar li dan il-gvern se jitradixxi lill-poplu.

Lino Briguglio għamel referenza wkoll għall-fatt li bħalissa l-gvern qed juża’ ħafna l-kelma serenita’ u  l-kelma tradiment.

L-editur Albert Gauci Cunningham minn naħa tiegħu insista illi is-sitwazzjoni ta’ kriżi fil-pajjiż żgur mhix il-bidla li riedu n-nies.