Lokali

Taxxi ġodda li jistgħu jitfgħu lura s-settur tal-gaming f’Malta

Pajjiżna qed jiffaċċja sfida kbira fejn jidħol is-settur tal-logħob. Dan hekk kif Brussell, l-pajjiż li jikklasifika r-regolamenti tal-industrija tal-logħob tal-azzard qed jippjana sabiex tiġi infurzata taxxa ġdida għal kumpaniji diġitali

Minħabba dan it-tibdil, Malta ser tispiċċa tiġġieled biex iżżomm l-ikbar assi ekonomika tagħha.

Skema ta’ taxxa diġitali ġdida, tista’ titfa’ l-logħob onlajn imur lura minħabba li se jibdew jiġu ntaxxati fuq il-profitti li jagħmlu

Il-proposti tat-taxxi l-ġodda huma mmirati lejn ġganti Amerikani bħal Apple, Facebook u Google iżda kwalunkwe miżura ġdida tista’ taffettwa kumpaniji tal-logħob tal-azzard onlajn li bħalissa sejrin tajjeb f’Malta.

Il-Kummissjoni Ewropea mistennija li tirrilaxxa l-proposti biss fir-rebbiegħa u għalhekk l-effetti ta’ kwalunkwe taxxa proposta għadhom mhux ċari. Iżda din tista’ tkun aħbar ħażina għal gżira li kibret tiddependi fuq is-suċċess tas-settur tal-logħob.

Il-logħob onlajn huwa wieħed mill-ikbar setturi f’pajjiżna. flimkien ma’ dak tat-turiżmuu l-finanzi .

Evalwazzjoni reċenti tal-Fond Monetarju Internazzjonali kkonfermat li kwalunkwe riforma tat-taxxa tista’ taffettwa ħażin il-pożizzjoni ekonomika ta’ Malta.

Id-deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar ir-riformi fiskali jeħtieġu ftehim sħiħ u unanimu mill-pajjiżi membri kollha sabiex Malta jkollha s-setgħa li twaqqaf kwalunkwe riforma.