Lokali

Theuma kien qed jibża’ li Yorgen Fenech joqtlu, jew li jispiċċa l-ħabs

Il-maħfra ta’ Vincent Muscat kienet ġiet diskussa fil-kabinett

Melvin Theuma qatt ma semma isem Yorgen Fenech ma’ xi ħadd u kien jikxu biss kieku ma ħallasx li kellu jħallas. Madankollu xorta waħda Theuma kien qed jibża li kien se jispiċċa maqtul minn Yorgen, bħal ma qatel lil Daphne, jew il-ħabs. Sadanittant qal li Yorgen Fenech kien qallu li fil-kabinett kienet qed tiġi diskussa l-maħfra ta’ Vincent Muscat, wieħed mill-akkużati fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Thuema, il-‘middleman’ fil-każ, li kien ingħata l-maħfra Presidenzjali, kien qed tixhed fil-kumpilazzjoni ta’ Vince Muscat, George Degiorgio u ħuħ Alfred Degiorgio jinsabu akkużati li għamlu bomba u splodew fil-karozza tas-sinjura Caruana Galizia fis-16 ta’ Ottubru tal-2017.

Theuma qal lill-Qorti li hu kien jaf fejn kien joqgħod Schembri, għax kien wassal lil Yorgen Fenech għandu. Dwar xi nstab fil-kaxxa tal-plastik li kien fiha ritratt tiegħu ma’ Keith Schembri, huwa qal li dan kollu seħħ minħabba li kellu pressjoni biex jgħin lill-aħwa Degiorgio jingħataw il-ħelsien mill-arrest.

Theuma qal li hu kien ltaqa’ ma’ Kenneth Camilleri, darbtejn jew tlieta. Darba minnhom f’garaxx li kien jesa’ tliet karozzi tal-linja. Qal li huwa kien jaf lil Kenneth bħala Pulizija tat-traffiku, iżda ma kienx jaf li kien jagħmel parti mill-Uffiċjali tas-sigurtà tal-Prim Ministru.

Dwar it-telefonata ma’ Kenneth, Theuma qal li kienet dwar il-bail tat-tliet akkużati u d-dettalji dwar il-miljuni ta’ ewro li se jieħdu kull wieħed meta jinħelsu.

Theuma qal li dan kien possibli peress li Keith Schembri u Yorgen Fenech huma sinjuri. Dwar il-konklużjoni li l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru li kienu li bagħat lil Kenneth. Theuma wieġeb bill qal li dan ma setax waqa’ mis-sema.

Dwar l-irċevuti tal-ispejjeż legali li kienu jammontaw għal €79,000, tenna li Fenech kien żammu lil nfurmat dwar it-talba tal-maħfra presidenzjali ta’ Vincent Muscat, liema talba kienet diskussa fil-kabinett, u li matulha Owen Bonnici kien preżenti. Fenech kien qallu biex iżommha għalih. Dan għaliex kien qed jibża’ li xi ħaġa tmur ħażin.

Sadanittant ix-xhud qal li kien infurmat xahar qabel li kien se jiġi arrestat. Qal li ma jiftakarx min qallu, li huwa żgur li ma kienx Edwin Brincat, magħruf bħala il-Ġojja, iżda kien Johann Cremona li għaddielu l-informazzjoni.

Theuma qal ukoll li hu u Yorgen Fenech kellhom diskussjoni dwar il-laptop ta’ Daphne u qal li Fenech kien qal li kien ikun aħjar għalih jekk iġibu l-laptop ta’ Daphne mill-Ġermanja, għax l-attenzjoni kienet se ddur fuqu.

Dwar l-istrixxuni li ddendlu madwar Malta fejn bdew jistaqsu “fejn hu l-laptop ta’ Daphne?”. Theuma qal li meta dawn ittellgħu, kien fl-istess żmien li Muscat beda jitkellem mal-Pulizija.

Theuma qal li meta kien imur jżur Mario Degiorgio, ħu l-aħwa akkużati, u dan madwar Marzu tas-sena l-oħra, ġieli tkellem mal-aħwa akkużati fuq il-mobajl ta’ Mario, u dan biex jgħidilhom biss ‘hello’.

Dwar it-€300 li huwa kien jgħaddilhom, Theuma qal li wara li sar jaf lil Mario Degiorgio huwa beda jgħaddi lill-aħwa flus u ikel li jikkonsisti f’tiġieġ u prodotti tal-ġobon.

Theuma ġie mistoqsi dwar il-fatt li għall-ħabta tax-xahar li għadda, flimkien mal-Pulizija kien imur fl-inħawi ta’ tat-Tarġa li tiġi faċċata d-dar ta’ Caruana Galizia fil-Bidnija. Huwa qal li kienu hu li wassal lill-Pulizija fil-post ta’ fejn kienu ttieħdu xi filmati.

Huwa qal ukoll li Yorgen Fenech kien qallu biex ma jkomplix jikkommunika fuq it-telefon għax dan kien ġie ttappjat. Thuema qal li Fenech bagħtlu messaġġi bħala ‘hard copies’ u li dawn tpoġġew f’kaxxa tal-plastik u li kienu nfetħu quddiem il-Maġistrat wara li hu ġie arrestat.

Theuma saħaq li hu watt ma semma isem Yorgen Fenech ma’ xi ħadd. Qal li kien jikxu biss kieku ma ħallasx. Ix-xhud qal li madankollu xorta kien qed jibża li kien se jispiċċa l-ħabs jew joqtolni, bħal ma qatel lil Daphne.

Huwa qal li kien hemm sommom li kien ħallas minn butu, madwar €400 fil-ġimgħa lill-aħwa Degiorgios, fatt li huwa qatt ma żvela ma Fenech. Fenech dejjem kien jinsisti li Muscat, wieħed mill-akkużati, kien qed jitkellem mal-Pulzija u li kien qed jitlob maħfra Presidenzjali biex jikxef kollox. Theuma qal li darba anke qallu li t-talba tal-maħfra kienet qed tiġi diskussa fil-kabinett.


Dwar it-€300 li huwa kien jgħaddilhom, Theuma qal li wara li sar jaf lil Mario Degiorgio huwa beda jgħaddi lill-aħwa flus u ikel li jikkonsisti f’tiġieġ u prodotti tal-ġobon.


Theuma ġie mistoqsi dwar il-fatt li għall-ħabta tax-xahar li għadda, flimkien mal-Pulizija kien imur fl-inħawi ta’ tat-Tarġa li tiġi faċċata d-dar ta’ Caruana Galizia fil-Bidnija. Huwa qal li kienu hu li wassal lill-Pulizija fil-post ta’ fejn kienu ttieħdu xi filmati.

Huwa qal ukoll li Yorgen Fenech kien qallu biex ma jkomplix jikkommunika fuq it-telefon għax dan kien ġie ttappjat. Thuema qal li Fenech bagħtlu messaġġi bħala ‘hard copies’ u li dawn tpoġġew f’kaxxa tal-plastik u li kienu nfetħu quddiem il-Maġistrat wara li hu ġie arrestat.

Theuma saħaq li hu qatt ma semma isem Yorgen Fenech ma’ xi ħadd. Qal li kien jikxu biss kieku ma ħallasx. Ix-xhud qal li madankollu xorta kien qed jibża li kien se jispiċċa l-ħabs jew joqtolni, bħal ma qatel lil Daphne.
Huwa qal li kien hemm sommom li kien ħallas minn butu, madwar €400 fil-ġimgħa lill-aħwa Degiorgios, fatt li huwa qatt ma żvela ma Fenech.

Fenech dejjem kien jinsisti li Muscat, wieħed mill-akkużati, kien qed jitkellem mal-Pulzija u li kien qed jitlob maħfra Presidenzjali biex jikxef kollox. Theuma qal li darba anke qallu li t-talba tal-maħfra kienet qed tiġi diskussa fil-kabinett.

Wara din ix-xhieda fl-awla ssemma CD b’recording tal-ilħna ta’ Alfred Degiorgio, Theuma u terza persuna. It-telefonata, saret fit-22 ta’ Marzu tas-sena l-oħra u fiha nstema’ dan il-kliiem: “Aw ħi. Orrajt? Fredu. Kif aħna? Jien ma smajt xejn. S’issa bil-għaqal. S’issa! Ħa nibda nirranga ma dan,” Theuma qal lil Degiorgio.

Minn hemm il-quddiem beda jibgħat il-flus permezz ta’ Mario Degiorgio.
F’telefonata oħra li saret eżatt ġimgħa wara, Theuma qal lil George Degiorgio li se jipprova jieħu permess mill-awtoritajiet tal-ħabs biex jibda jmur jarah.

Instema wkoll recording ta’ telefonata li saret bejn Mario Degiorgio, Ġuża Degiorgio, Melvin Theuma u George Degiorgio. Ir-recording kien mimli dagħa u kliem ħażin. Theuma qal li George Degiorgio kien qed jistaqsi jekk l-avukat tiegħu ċempilx.

F’recording minnhom, ALfred Degiorgio staqsa lil Theuma “jista’ jsir xi ħaġa”, b’Theuma jikkonferma li kienu qed jgħidu għall-bail. Meta ppressat aktar bil-mistoqsijiet, Theuma qal li kien imur għand Yorgen Fenech u jippressah li l-aħwa Degiorgio jridu l-bail.

Recording tal-14 ta’ Marzu 2019. Il-konversazzjoni kienet dwar il-bail li ma ħadux. Recording tal-1 ta’ Ottubru 2019. fejn Theuma jinstema jgħid ” qed ninsistu, qed ninsistu”. Theuma ċċara li hu kien qed jirreferi għall-bail tal-akkużati. Żied jgħid li hu kien jinsisti ma’ Yorgen Fenech li huma riedu l-bail.

Wara beda l-kontro-eżami fuq Mevin Theuma mill-Avukat Jason Azzopardi li qed jidher parte civile, tal-familja Caruana Galizia. L-Azzopardi staqsa dwar recording tal-14 ta’ Marzu 2019 fejn irrefera għax-“xiħ” u staqsieh jekk fehemx tajjeb u għal min kien qed jirreferi.

Theuma qal li kien qed jirreferi għall-Prim Ministru billi spjega li kien se jiddiskuti ma’ Yorgen Fenech biex ikellem lill-PM. Wara l-Avukat Azzopardi staqsa dwar x’kienet ir-relazzjoni bejn Theuma u Fenech, u jekk qabel dik il-ġurnata kellux lil xi ħaddieħor jistaqsi biex tinqatel persuna.

Theuma qal le “issa sirt naf xi tfisser għaliex spiċċajt nixrob il-whiskey u l-kalmanti. Mela mhux ħabib tiegħi, huwa l-agħar persuna fid-dinja”, qal ix-xhud..

L-Avukat Azzopardi staqsa jekk kienx jaf jekk Caruana Galizia kinitx kitbet dwar Fenech. Qal li darba b]ala xufier tat-taxi hu kien saq lil Caruana Galizia viċin il-lukanda Hilton fejn kienet sabet it-tyres tal-karozzi tagħha mniżżla. Huwa qal li ma kienx talabha flus.

L-Avukat Azzopardi staqsa dwar dak li seħħ wara li ltaqa’ għall-ewwel darba ma’ Degiorgio wara li ġab in-numru tiegħu mingħand Darren Debono magħruf bħala it-Topo. Staqsa dwar kemm-il darba ltaqa’ ma’ Keith Schembri fid-dar ta’ Fenech f’Ħaż-Żebbuġ. Theuma stqarr li darba biss fejn għamlu l-ewwel konoxxenza.

Theuma qal ukoll li l-Kap tal-Customer Care f’Kastilja, Sandro Craus kien ċempillu għas-7pm, fl-istess ħin li kien sejjer il-Burger King mat-tifel tiegħu. Azzopardi nnota li d-dipartimenti tal-Gvern ikunu magħluqa f’dak il-ħin.

L-Avukat Azzopardi rrimmarka lil Theuma dwar dan, u staqsa jekk hu kien staqsiex lil Craus għalfejn Keith Schembri talbu biex jiltaqa’ miegħu f’Kastilja.

Azzopardi staqsa lil Theuma jekk hu qattx kellu kuntatt ma’ Keith Schembri permezz ta’ Signal jew Whatsapp. Theuma wieġeb “Le, qatt.” Azzopardi kompla bis-serje ta’ mistoqsijiet punġenti, anke dwar iż-żjara tiegħu f’Kastilja, b’Theuma jwieġeb li kien imbarazzat u kellu jistaqsi lil Yorgen Fenech minn fejn għandu jidħol.

Theuma kkonferma dak li qal fl-ewwel seduta tal-kumpilazzjoni fejn qal li qatt ma applika għal xogħol mal-Gvern, u xorta waħda l-għada spiċċa biex kellu ‘interview’ ta’ ħames minuti fil-Ministeru.

L-Avukat Azzopadi staqsa dwar x’interess kellu Schembri biex ikun involut, bix-xhud iwieġeb, “Le, naħlef li ma semma xejn, naħlef fuq ġurament”, Theuma qal li ma jistax nigdeb għax hemm il-maħfra presidenzjali x’jitlef.

Theuma mistoqsi dwar fejn kien ittieħed f’Kastilja. Qal li ma jiftakarx eżatt fejn. Qal li kien ittieħed fil-kamra fejn isiru l-laqgħat tal-Kabinett. Qal li ma marx fl-uffiċċju ta’ Craus.

“Ma niftakarx jekk kienx Keith Schembri jew jien stess li għidt lil Sandro Craus joħdilna dak ir-ritratt”, qal Theuma filwaqt li xehed fuq ir-ritratt ma’ Keith Schembri:

Dwar l-użu ta’ WhatsApp u Signal. Theuma qal li Yorgen Fenech kien qallu biex juża dawk l-apps għax ma jkunux jistgħu jiġux interċettati. Dwar laqgħa li kellu wara l-assassinju ta’ Daphne, meta kien hemm raġel, barrani, li Theuma għaraf, meta ġie muri kopja tal-passaport ta’ ċertu Turab Musayev, involut fl-Electrogas u s-Socar. Qal li hu kien wasslu diversi drabi.

Theuma qal ukoll li kien beda t-taparsi xogħol fl-1 ta’ Mejju, il-jum li fih issejħet l-elezzjoni bikrija. Fenech kien ċempillu biex iwaqqfu l-assassinju tal-ġurnalista minħabba l-elezzjoni. Theuma qal li hu mar jinforma lil Degiorgio li għalissa weqfin.

Għal aktar mistoqsijiet tal-Avukat Jason Azzopardi x-xhud qal li
Yorgen Fenech darba ressqu mal-ġenb u qallu li kien qed jibża’ dwar l-involviment tal-FBI fil-każ. Theuma qal li hu qatt ma staqsa lil Fenech minn fejn kien qed iġib l-informazzjoni dwar l-investigazzjoni.

Theuma qal li Fenech kien qallu dwar il-messaġġ li attiva l-bomba u r-rejd fit-tinda tal-patata fil-Marsa. Hawn reġa’ qal li qatt ma staqsa lil Fenech minn fejn kien qed iġib id-dettalji, lanqas fuq din.

Madankollu qal li wasal għal konklużjoni li l-informazzjoni ġiet mingħand Keith Schembri. Sadanittant erba’ t’ijiem qabel ma sar ir-rejd, Fenech kien ra lil Theuma f’Portomaso u qallu “Għandna l-problemi hemm, se jkun hemm rejd kbir”. Hu mbagħad informa lil Degiorgio dwar dan. Qal li Degiorgio kien apprezza ħafna dan il-ġest.

Hawn Theuma tkellem dwar dak li diġa’ xehed fil-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech, u kkonferma li għamel it-testment tiegħu jumejn wara li saru l-arresti.

Fuq mistoqsija tal-Avukat Azzopardi, għaliex meta għandu biss 38 sena, għaliex ħass il-bżonn li jagħmel testment. Theuma wieġeb billi qal li beda jibża’ li Fenech joqtlu, minkejja li qatt ma ħassu mhedded minnu u li l-unika argument li kellhom kien meta Vincent Muscat beda jitkellemmal-Pulizija .

Theuma kompla jgħid li kien staqsa lil Fenech, “Kif jista’ Muscat jitkellem dwari jekk jien ma nafux?” Dan kien għall-ħabta ta’ April tas-sena l-oħra. Theuma kompla billi qal li hu ma kienx jaf minn fejn Fenech ġab l-informazzjoni.

Eventwalment qallu li kien jikseb l-informazzjoni mingħand Keith Schembri. L-Avukat Azzopardi ġibed l-attenzjoni tax-xhud li huwa kien qed jinnota li Keith Schembri ssemma diversi drabi fir-recordings li saru minn Theuma nnifsu.

L-Avukat tal-familja Caruana Galizia qara ittra lix-xhud li kien kitibha hu stess. Theuma kkonferma dan kollu, u rrefera għal sentenza fl-ittra tiegħu meta qal li kien tkeċċa. ‘Spiċċajt barra qabel il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.’, huwa kien qal.

Ix-xhud qal ukoll ‘Keith Schmembri il-Kasco, qatt ma semmilu lil Daphne, u lanqas qatt ma tah xi flus, u reġa’ qal li kien qed jgħid dan kollu bil-ġurament, u dak il-ħin li reġa’ bies is-salib. Theum reġa’ rrepeta li għalih kien Fenech il-moħħ wara l-qtil ta’ Daphne .

Fix-xhieda tiegħu il-middleman qal ukoll li kien xtara appartament fis-Swieqi għas-somma ta’ €270,000, li minnhom €100,000 ħallashom fi flus kontanti u l-bqija tħallsu b’self mal-BOV.

L-Avukat Azzopardi staqsieh dwar għalqa li għandu Ħal Safi, li ħarġilha permess għall-iżvilupp. U li meta ġie arrestat, ġew elevati €400,000 mid-dar tiegħu fiż-Żurrieq.

L-Avukat staqsieh ukoll dwar meta Fenech qallu biex jinforma lil Ta’ Maksar dwar il-bomba li kienu qed jimmanifattura fil-garaxx tagħhom. Theuma qallu li ma kienx jaf lil Ta’ Maksar u injorah. Żied jgħid, li probabblu kien qallu hekk biex jinfurmahom.

Azzopardi rrefera għal dak li qal Yorgen meta ġie interrogat, li rċieva €75,000 minn Keith Schembri f’basket. Theuma qal li hu ma kien jaf xejn dwar dan. Kompla jgħid li hu ma tantx jifhem bl-Ingliż u ma jistax jgħid x’setgħu kienu qed jgħidu Turab u Yorgen meta kien iwassalhom ‘l hemm u ‘l hawn.

‘Yorgen Fenech ġieli qallek li Schembri kien qed jikkalkula li jagħmel €80 miljun mill-Electrogas fuq numru ta’ snin?’ Azzopardi staqsa lil Theuma. “Le”, wieġbu.

It-tifla tas-sieħba ta’ Melvin Theuma kienet l-ewwel xhud bil-Qorti tordna li isimha ma jissemmiex minħabba l-fatt li għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet. Hija kienet assistita mill-Avukat Kathleen Grima, li flimkien mal-Avukat Matthew Brincat huma l-avukati ta’ Theuma

Ix-xhud qalet li ma taf xejn fuq il-każ, ħlief għal dak kollu li semgħet mill-media. Fuq mistoqsijiet tal-Ispettur Keith Arnaud hija qalet ukoll li ommha u Melvin ilhom flimkien għal dawn l-aħħar 10 snin.

Qalet li darba Melvin Theuma kien imsiefer u ċemplilha u qalilha biex tiltaqa’ ma’ xi ħadd jismu David Baldwin u tagħtih €15,000. Hija ltaqgħet miegħu l-ħdejn ir-Regina Auto Dealer fil-Ħamrun filgħaxija u għadditlu l-flus. Ma tafx għaliex riedet tagħti dawn il-flus u għaliex kellha tgħaddihom lil Baldwin.

Wara tela’ jixhed David Baldwin inniffsu u qal li hu jaħdem miegħu. Qal li ilu jafu ħames snin u li sar jafu peress li jkunu għat-tiġrijiet taż-żwiemel fil-Marsa. Qal li huwa kellu struzzjonijiet mingħand Melvin Theuma biex jiġbor il-flus mingħand ix-xhud li xehdet qablu u ma kienx jaf għaliex kellu jiġbor dawn il-flus, li issa ilu ftit aktar minn sena.

Qal li jaħdem ma’ Theuma bħala ‘maintenance assistant’ u li Theuma qallu li kien se jagħtih numru tal-mobile, iċempel u jgħaddi l-flus lilu. Qal li ma jistax jiftakar aktar dettalji dwar ir-raġel li tah il-flus u li jiftakar kien iltaqa’ miegħu ftit qabel ma beda jidlam.

Tenna li kien ċempillu minn fuq numru tal-mobajl mhux reġistrat, u li kien tilef il-mobajl tiegħu, u ma jiftakarx in-numru ta’ min kien ċempel.

Wara tela’ jixhed Lawrence Pace, magħruf bħala il-Lolly, mill-Marsa li jaf lill-aħwa Degiorgio. Mistoqsi dwar x’jaf fuq il-każ, huwa wieġeb li ma jaf xejn. Qal li huwa kien jaf lil Theuma peress li xi kultant kien jiltaqa’ miegħu f’xi ħwienet tax-xorb jew tat-te fejn kienu jitkellmu dwar iż-żwiemel tat-tlielaq u l-futbol.

Il-Maġistrat fakkritu li kien qed jixhed bil-ġurament u allura kellu jitkellem ċar u jgħid dak kollu li jaf. Mistoqsi jekk jafx lil xi ħadd Brincat, mlaqqam is-Sukku, huwa qal li Theuma darba tah €300 early u dan kien fil-bidu tas-sena l-oħra, u din il-ħaġa ġrat xi ħames darbiet. Huwa kien jgħidli biex nagħti dawn il-flus lil sid ta’ ħanut, li huwa Brincat, u dan jgħaddihom lill-aħwa Degiorgio.

Il-kumpilazzjoni qed tkompli quddiem awla ppakkjata preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit kontra l-allegati tliet qattiela tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Fl-awla preżenti minbarra ġurnalisti u avukati hemm ukoll il-familjari tal-vittma, nkluż il-ġenituri tagħha. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra.