Lokali

260 jiddaħħlu fl-iskema tal-ħaddiem f’Għawdex biss

Mill-Elezzjoni Ġenerali tal-2017 sal-lum, ftit aktar minn sentejn – f’Għawdex daħlu mal-260 impjegat fl-iskema ħaddiema fil-komunità.

Dan ħareġ f’mistoqsija Parlamentari mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Għawdex Chris Said, lill-Ministru Evarist Bartolo fejn dan tal-aħħar żvela li l-ammont ta’ ħaddiema bejn iż-żewġ gżejjer Maltin li ddaħħlu f’din l-iskema hija kuntrastanti għall-aħħar.

Dan hekk kif ġie spjegat li l-ammont li ddaħħlu f’Għawdex huwa ferm ogħla minn dak ta’ Malta hekk kif hemm irreġistrati 76.

Dawn ix-xogħolijiet jinvolvu fost oħrajn mal-iskejje pubbliċi u fil-kunsilli lokali fosthom; Cleaners, xufiera, persuni fil-qasam tat-tiswija u receptionsits.