Futbol Sport

Birkirkara jiksbu l-ħames suċċess fis-Super Cup tan-nisa

(Ritratt: Stefan Abela/BOV)

BIRKIRKARA……. 5

MĠARR U…………. 0

Birkirkara: J. Xuereb, G. Zahra, A.M. Said, S. Farrugia, T. Teuma (S. Buttigieg 87’), A. Sultana, L. Abera, K. Willis (J. Sakic 80’), R. Giusti, Y. Vella (S. Zarb 63’), E. Anu (V. Mifsud 68’)

Mġarr: R. Borg (P. Ebejer 16’), H. Bugeja, A. Camilleri (L. Cefai 87’), M. Debono, J. Vella Turner, F. Chircop (Y. Attard 78’), C. Cassia, B. Borg, A. Grech, R. Micallef (C. Xuereb 75’)

Referee: Joseph Scerri

Birkirkara rebħu s-Super Cup wara li għelbu lil Mġarr United 5-0 f’logħba li ntlagħbet fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali. Din kienet il-ħames darba li l-Karkariżi kisbu dan l-unur filwaqt li Mġarr għadhom qed ifittxu l-ewwel unur maġġuri.

It-tim ta’ Melania Bajada ddomina l-konfront, b’Loza Abera tispikka bi tripletta. Iżda l-ewwel gowl wasal fit-33 minuta meta d-difensur Ann-Marie Said għelbet lil Patricia Ebejer minn azzjoni ta’ korner.

Raina Giusti rduppjat l-iskor fl-74 minuta qabel Loza Abera kabbret il-vantaġġ tliet minuti wara b’konklużjoni mid-distanza. Abera skorjat ir-raba’ gowl ta’ Birkirkara fit-83 minuta b’azzjoni personali qabel xutt ieħor mid-distanza fit-88 minuta biex għaqqdet it-tripletta personali.

(Ritratt: Domenic Aquilina)