Minkejja x-xita u l-ammont kbir ta’ barrikati tal-ħadid u membri tal-Korp tal-Pulizija, folla sabiħa xorta waħda attendiet għall-protesta li kienet organizzata mis-Soċjeta’ Ċivili tul il-Jum tal-Ġimgħa fit-toroq tal-Belt.
Bil-kartelluni f’idejhom u sfafar, id-dimostranti fakkru kif b’dak li qed joħroġ bħalissa, il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia kellha raġun. Huma tennew ukoll l-għajta li l-Prim Ministru Joseph Muscat għandu jirriżenja minnufih.
Il-protesta inżammet waqt li fil-Belt stess kienet qed issir iċ-ċerimonja uffiċjali ta’ Jum ir-Repubblika.
Filfatt, waqt li kienu għaddejjin is-suldati minn Triq ir-Repubblika, id-dimostranti żiedu l-għajjat tagħhom fejn fost l-oħrajn spikkaw il-kliem ‘mafja’ u ‘assassini’

Preżenti fost id-dimostranti wieħed seta’ jara preżenti lill-ġenituri u familjari tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia
